“L-Israel twaqqaf l-attakki diġitali mill-Iran kuljum” – Netanyahu

Il-Prim Ministru tal-Israel Benjamin Netanyahu akkuża lill-Iran b’attakki diġitali regolari waqt li kien qed jindirizza konferenza stampa relatata mas-sigurtá diġitali f’Tel Aviv.

Netanyahu stqarr li l-Iran tattakka l-Israel ta’ kuljum u żied jgħid li l-Gvern tiegħu jieħu l-inkarigu li josserva dawn l-attakki il-ħin kollhu biex hekk kif jiġi identifikat wieħed, ikun mwaqqaf immedjatament.

Fl-ewwel ftit jiem tal-2019, l-Israel wettqet attakk mill-ajru fuq persuni Iranjani wara li sar attakk b’missila mis-Sirja li t-tort tiegħu ġie mitfugħ fuq l-Iran.

Lura għall-lista tal-aħbarijiet