Insellmulek !

L-Istrateġija

Id-dinja diġitali mhijiex perfetta. Hija f’riskju ta’ vulnerabilitajiet, li wħud minnhom jinvolvu żbalji umani ġenwini, filwaqt li oħrajn li huma kawża ta’ azzjonijiet b’intenzjoni  ħażina. Barra minn hekk, l-innovazzjonijiet globali fi ħdan l-istess dinja diġitali qed iseħħu f’pass iktar mgħaġġel mill-abilita’ stess li tassigura l-użu tajjeb u ġenwin tagħhom. Għal daqs tant tinħass  il-ħtieġa għas-sigurtà diġitali, jiġifieri, l-iżgurar tas-sikurezza, il-kunfidenzjalità, l-integrità u d-disponibilità korretta tal-informazzjoni fid-dinja diġitali.

It-tpoġġija tas-sigurtà diġitali fuq binarju nazzjonali, essenzjalment titlob passi kollettivi u meqjusa li jwasslu għall-ħtieġa ta’ Strateġija Nazzjonali dwar Sigurtà Diġitali. Digital Malta – l-Istrateġija Nazzjonali Digitali għal Malta għall-perjodu 2014-2020 – tirrikonoxxi u tipproponi t-twettiq ta’ din il-ħtieġa, fid-dawl tad-dipendenza akbar ta’ Malta fuq l-aspett teknoloġiku fil-ħajja ta’ kuljum. Tabilħaqq, fl-2015, ir-Rapport ta’ Kriterju ta’ e-Government tal-Kummissjoni Ewropea kkonferma mill-ġdid lil Malta bħala l-mexxejja, fost tlieta u tletin pajjiż,  fit-twassil u l-prestazzjoni tas-servizzi tal-Gvern elettroniku.

Malta qed tindirizza t-tali bżonn. Għalhekk ġiet imnedija Green Paper għal Strateġija Nazzjonali dwar is-Sigurtà Diġitali f’Ottubru 2015, bħala bażi għall-konsultazzjoni. Il-Green Paper ippreżentat direzzjoni strateġika ta’ livell għoli għas-sigurtá diġitali fuq skala nazzjonali. Din kellha l-intenzjoni li toħloq kuxjenza dwar is-sigurtá diġitali kif ukoll il-portata u l-implikazzjonijiet tagħha li Malta għandha tikkonsidra bħala parti integrali mid-dinja diġitali. L-Istrateġija Nazzjonali dwar is-Sigurtà Diġitali qed tiġi mnedija wara konsolidazzjoni tal-proposti tal-Green Paper u li ġew  soġġetti għall-konsultazzjonijiet kemm onlajn kif ukoll permezz ta’ sessjonijiet apposta ma setturi ekonomiċi u soċjali diversi.

Strateġija Nru.1

L-Istrateġija Nazzjonali tas-Sigurtá Diġitali tirrikonoxxi li biex tieħu r-responsabilitá tas-sigurtá diġitali għandha bżonn

  • Tissalvagwardja s-saltna tad-dritt b’rispett lejn il-Kostituzzjoni Maltija u l-Irwol ta’ Malta Bħala Membru tal-Unjoni Ewropeja
  • Tadotta atitudni multi-dixxiplinarja
  • Tiżgura li dawk kollha involuti fid-dinja ċibernetika; il-Gvern, is-Settur Privat u s-Soċjeta Ċivili jifhmu r-responsabilitá li għandom u jifhmu l-importanza tas-sostenn tagħhom għall-kollaborazzjoni u l-kooperazzjoni, biex jiġu żgurat ambjent sigur u stabbli.

Strateġija Nru.2

Qabel tkun proposta strateġija, saru riċerka u assessjar biex ikun mifhum aħjar il-livell ta’ sigurtá diġitali fuq bażi lokali. Id-direzzjoni strateġika tal-“Green Paper” proposta qed tiġi milħuqa permezz ta’ sitt miri li kollha jikkonsistu f’għadd ta’ miżuri:

  1. Mira: Ikun Stabbilit Qafas Governattiv
  2. Mira: Il-Ġlieda kontra Kriminalitá Onlajn
  3. Mira: Tissaħħaħ id-Difiża Diġitali ta’ Pajjiżna
  4. Mira: Protezzjoni tal-iSpazju Diġitali ta’ Pajjiżna
  5. Mira: Kuxjenza u Edukazzjoni dwar is-Sigurtá Diġitali
  6. Mira: Kooperazzjoni Nazzjonali u Internazzjonali

Strateġija Nru.3

Is-sitt miri qed ikopru żewġt riżultati bħala parti mill-istrateġija:

  1. Li jiddefendu u jipproteġu l-infrastruttura nazzjonali tal-informazzjoni minn attakki diġitali
  2. Li jassiguraw is-sigurtá u l-protezzjoni ta’ dawk li jużaw l-ispazju diġitali.

Strateġija Nru 4.

L-approċċ strateġiku propost mhux solitarju. Hu mifhum li t-tnedija tal-istrateġija hu biss il-bidu ta’ proċess kontinwu li jsejjaħ għall-implimentazzjoni, l-evalwazzjoni u l-manutenzjoni biex tkun żgurata l-effettivitá tagħha b’rabta ma:

  • Rikonoxximent nazzjonali dwar l-importana li jiġu addottati miżuri ta’ sigurtá diġitali fil-ħajja ta’ kuljum għan-negozji u l-individwi.
  • Tkun msaħħa l-maturitá dwar is-sigurtá diġitali
  • Aġġornamenti teknoloġiċi f’sfidi ġodda relatati mas-sigurtá diġitali

Strateġija Nru.5

Għaldaqstant, l-Istrateġija se tkun aġġornata minn żmien għall-żmien. Fl’ aħħar mill-aħħar, l-istrateġija hi rikonoxxuta bħala investiment fis-sigurtá ta’ pajjiżna bħala stat:

  1. B’ Ġurisdizzjoni Diġitali Sikura
  2. Ċentru ta’ Eċċellenza f’ Diversi Oqsma tan-Negozju li joperaw fl-Ispazju Diġitali