Microsoft waqqfet lil Internet Explorer

Il-kumpanija kkonfermat li l-browser se jintemm din il-ġimgħa.

Microsoft spjegat li minn Novembru Microsoft Teams mhux se jibqa’ jappoġġja l-Internet Explorer 11 – l-iktar verżjoni riċenti tal-browser. L-apps u s-servizzi Microsoft 365 li fadal se jtemmu l-appoġġ għall-browser is-sena d-dieħla.

Microsoft Edge huwa l-browser ġdid ta’ Microsoft li huwa bbażat fuq software open-source Chromium, żviluppat minn Google għal Google Chrome. Dan jagħti lil Edge aktar funzjonijiet minn Internet Explorer.

 

Lura għall-lista tal-aħbarijiet