Miljuni ta’ marki tas-swaba mikxufa wara difett f’software tas-sigurtá

Iżjed minn miljun marki tas-swaba u data sensittiva oħra ġew mikxufa wara li kumpanija tas-sigurtá biometrika kellha problemi fis-software li tuża.

Riċerkaturi li jaħdmu fi ħdan is-sigurtá diġitali qalu li rnexxielom jieħdu data minn din l-għodda tas-sigurtá li tintuża minn eluf ta’ kumpaniji madwar id-dinja inkluż il-Pulizija Metropolitana fl-iżjed faċilitajiet siguri tagħha.

Kelliem għall-kumpanija saħaq li li kieku kien hemm theddida diretta fuq il-klijenti tagħhom, kienu se jieħdu azzjoni mmedjata u kienu jagħmlu l-avviżi neċessarji biex jipproteġu l-assi ta’ valur tal-klijenti tagħhom.

Hu mifhum li d-data tħalliet pubblika għal madwar tmint ijiem bejn il-ħamsa u t-tlettax ta’ Awwissu.

Lura għall-lista tal-aħbarijiet