Mozilla b’aġġornamenti ġodda – Kun ċert li tiegħek aġġornat!

Għat-tieni darba fi ftit ġimgħat, l-utenti ta’ Firefox kellom bżonn jerġgħu jaġġornaw il-browser tagħhom.

Wara li ħarġu patch ta’ vulnerabilitá kritika, Mozilla reġgħu allarmaw lill-miljuni ta’ klijenti tagħhom dwar it-tieni vulnerabilitá “zero-day” li jidher li l-kriminali diġitali kienu qed jagħmlu użu minnha.

Fi kliem sempliċi, din il-problema teknika ġdida, meta mgħaġuna ma’ xi bugs preċedenti tagħti aċċess lill-hackers biex jieħdu kontroll tas-sistema tiegħek sempliċiment billi jitolbuk taċċessa sit malizjuż.

Bħala risposta għal dan, Firefox ippublikat verżjoni 67.0.4 li tipreveni l-hackers milli jieħdu kontrol tas-sistema tiegħek. Firefox ħeġġu lill-utenti tagħhom biex jiżguraw li qed jużaw l-aħħar verżjoni tal-browser tagħhom.

Lura għall-lista tal-aħbarijiet