Nieħdu ħafna miżuri ta’ sigurtá … iżda nagħtu kas dak li mhux ovju?

Ta’ kuljum nisimgħu diversi messaġġi fuq is-saħħa u s-sigurtá tagħna tant li ħafna proċeduri saru ovji meta wieħed jitkellem fuq dan il-qasam. Iżda hemm affarijiet li ħafna nies jinsew jew għadhom ma jafux uli huma importanti daqs, jekk mhux iżjed minn dak li hu ovvju.

Spjegaw tajjeb dan, id-duo komiku Danusan, fejn taw ħarsa lejn l-affarijiet ovvji li wieħed jilbes biex ikun sigur f’ sit ta’ kostruzzjoni iżda is-San fakkar lid-Dan li minkejja li kien liebes kull ilbies protettiv immaġinabli, kien qed jinsa dak li mhux daqsekk ovvju … is-sunblock biex jiproteġieh mix-xemx.

Iżda l-messaġġ prinċipali ta’ Danusan ma kellu x’jaqsam xejn mal-kostruzzjoni u max-xemx! Dan l-eżempju tanġibli kien qed jirrapreżenta dak kollhu li nitfgħu fil-ġenb u ninjoraw meta qed nitkellmu fuq l-użu to assi u sistemi digitali tagħna. Ma nistawx ninsew jew ngħidlu li ma nafux fejn tidħol is-sigurta diġitali u nieqfu hemm. Ħafna jinsew li meta onlajn trid tipproteġi lilek nnifsek bl-istess importanza daqs kemm tiproteġi ġildek mix-xemx!

Segwi dan il-filmat qasir:

Artikli Oħrajn