Persuni li jaħdmu mid-dar fil-mira ta’ hackers li użaw Office 365 phishing scam

Kriminali diġitali wettqu attakk ta ‘phishing li biex jisrqu l-kredenzjali ta’ persuni li jaħdmu mid-dar.

Hackers qed jibagħtu e-mail lill-impjegati, li taparsi intbagħtet mid-dipartiment tal-IT tal-organizzazzjoni tagħhom. Huma jitlobu lil ħaddiema sabiex jaġġornaw il-konfigurazzjoni tal-VPN użata biex jaċċessaw in-network tal-kumpanija waqt li jaħdmu mid-dar.

Meta l-ħaddiema jużaw l-link tal-email huma jmorru ġo paġna falza li tidher identika għal paġna leġittima ta’ login ta’ Office 365.

L-impjegati qed jintalbu jagħtu login u password tagħhom u dawn imorru direttament għand il-hackers li jkunu jistaw jużawhom biex iwettqu frodi.

Il-kriminali diġitali kontinwament ifittxu opportunitajiet ġodda biex iġiegħelu lin-nies jikxfu informazzjoni sensittiva.

Lura għall-lista tal-aħbarijiet