Piloti, Atleti u klijenti mingħajr servizz ta’ Garmin … L-aġġornamenti ma setgħux isiru

Garmin ikkonfermat uffiċjalment li kienet vittma ta’ attakk ta’ ransomware u bil-mod ġabet l-Garmin Connect, Strava u s-servizzi ta’ navigazzjoni onlajn.

Il-ġimgħa li għaddiet, Garmin sofriet attakk li affettwa s-servizzi Garmin Connect, Strava, inReach, u navigazzjoni u servizzi ta’ fitness. Dan laqat lil kulħadd madwar id-dinja inkluż Malta.

Garmin ħabber li kien vittma ta’ attakk ċibernetiku li waqqaf uħud mis-sistemi tagħha fit-23 ta’ Lulju 2020. Bħala riżultat, ħafna mis-servizzi onlajn Garmin ġew interrotti inklużi website, customer care u l-komunikazzjonijiet tal-kumpanija. Garmin immedjatament bdiet taħdem biex issib rimedju. Komunikazzjoni maħruġa minn Garmin iddikjarat li ma kien hemm l-ebda indikazzjoni li xi dejta tal-klijent, inkluża informazzjoni dwar il-ħlas minn Garmin Pay ™, kienet aċċessata, mitlufa jew misruqa.

Lura għall-lista tal-aħbarijiet