Qed jiżdied n-numru ta’ ‘Hackers għall-kiri’

Il-kap taċ-Ċentru Nazzjonali tas-Sigurtà Ċibernetika Brittaniku (NCSC) wissa dwar it-theddida dejjem tikber minn “hackers għall-kiri” u stati diżonesti li qed jagħmlu viruses tal-kompjuter biex jisirqu riċerka akkademika u sigrieti tal-istat.

Ciaran Martin, il-kap eżekuttiv taċ-Ċentru Nazzjonali tas-Sigurtà Ċibernetika (NCSC) tal-GCHQ, esprima wkoll tħassib dwar is-suq globali li ħafna minnu mhux regolat. “Għodod ċibernetiċi”, inkluż ransomware, jistgħu jinxtraw minn kulħadd biex iwettqu attakki li jvarjaw minn serq ta’ data, serq ta’ identità u saħannsitra biex titwaqqaf l-infrastruttura kritika ta’ pajjiż bħas-sistema tal-enerġija.

Martin qal li dawn l-armi ċibernetiċi – li spiss jintużaw għal qligħ finanzjarju – jistgħu faċilment jispiċċaw biex jinfettaw ifixklu kumpaniji u servizzi pubbliċi li ma kinux fil-mira tal-attaki.

Lura għall-lista tal-aħbarijiet