Scammers jieħdu vantaġġ mill-Corona Virus

Filwaqt li l-imwiet mil-Corona Virus qegħdin jiżdiedu, scammers qegħdin jieħdu vantaġġ mis-sitwazzjoni u jabbużaw mill-biża tan-nies. Phishing imejls diġa bdew jiċċirkulaw fejn l-iscammers qegħdin jgħidu li għandhom informazzjoni dwar kif tista’ tipproteġi lilek nnifsek u lill-maħbubin tiegħek minn din il-marda. Scammers oħra ħadu dawn l-attentati livell ieħor u qegħdin jattakkaw negozji l-aktar milquta minn din il-marda, primarjament is-setturi tat-trasport u tal-finanzi.

Pereżempju, waħda mil-imejls li qegħed jibgħatu lill-industrija tal-loġistika għandha titlu ta’ “Corona Virus – A brief note for the shipping industry”. L-imejl ikollha dokument mehmuż li meta jinfetaħ, jattiva sensiela ta’ software malizzjuzi. Dawn l-attakki jagħtu ċans lill-attakkanti jaċessaw kull tip ta’ informazzjoni li l-utent għandu, bħall pereżempju informazzjoni sensittiva tal-kumpanija jew informazzjoni personali.

Qegħed jiġi rrakkomandat li ijmels mingħand sorsi mhux fdati jiġu meqjusa b’kawtela u kull tip ta’ dokument mehmuż ma jinfetħux sakemm is-sors jiġi verifikat. Din tista’ tisaħħaħ billi jkollok kampanja ta’ għarfien u edukazzjoni fejn l-impjegati jiġu mħarrġa fl-aħħar xejriet relatati ma’ phishing imejls.

Huwa importanti wkoll li tibqa tinvesti f’għodod riċenti tas-sigurtà diġitali.

Lura għall-lista tal-aħbarijiet