Sony toffri $50,000 lil nies li jsibu difetti fis-sigurtà tal-Playstation 4!

Sony nediet programm pubbliku ta ’bug bounty’ fejn tħallas riċerkaturi tas-sigurtà u gamers li jirnexxilhom isibu vulnerabilitajiet ta’ sigurtà fil-PlayStation 4. Sony trid li l-komunità tar-riċerka tirrapporta kwalunkwe każ relatat mall-PlayStation 4, is-sistema operattiva, l-aċċessorji, u n-Netwerk tal-PlayStation.

Dawk li jsibu wkoll vulnerabilità fuq assi Sony li mhix koperta mill-PlayStation VRP jistaw jirrappurtawha permezz tal-programm pubbliku ta ‘bug bounty’. Dawk li jsibu vulnerabilità żgħira fil- PlayStation Network jingħataw $100 filwaqt li dawk li jsibu difetti kritiċi jieħdu $50,000.

Lura għall-lista tal-aħbarijiet