Tony Sultana

“Bħala l-entità prinċipali responsabbli mill-politika, programmi u inizjattivi tal-Gvern dwar it-Informazzjoni Teknoloġika u tal-Komunikazzjoni (ICT) f’Malta, huwa importanti li l-MITA tmexxi l-kampanja Nazzjonali ta’ sigurtà diġitali. Dan ifisser li huwa importanti li l-Aġenzija tinvesti fl-aħħar żviluppi teknoloġiċi u applikabilità sabiex tnaqqas it-theddid u l-isfidi tas-sigurtà, filwaqt li żżid l-għarfien fuq skala nazzjonali tal-importanza li jiġu adottati miżuri ta’ sigurtà diġitali. “