Tuża Zoom għall-laqgħat virtwali? Jaf kellek xi segwaċi mhux mistiedna!

Jekk l-applikazzjoni tal-għażla tiegħek biex tagħmel laqgħat onlajn hija Zoom, fl-aħħar xhur seta kellek xi mistiedna mhux mistennija.

Din l-applikazzjoni popolari ħarġet patch li ħolqot problema fis-sigurtà. Din il-problema ippermettiet aċċess lil nies mhux mistiedna jidħlu f’laqgħat mhux protetti. Din setgħet wasslet biex ikunu mikxufa konversazzjonijiet, filmati u dokumenti privati li ġew mxerrda f’dawn il-laqgħat.

Biex jiġu prevenuti xenarji simili fil-futur, Zoom introduċew kontrolli ġodda fis-sezzjoni tal-passwords għall-meetings u l-webinars.

Lura għall-lista tal-aħbarijiet