WhatsApp scam qed tinxtered f’Malta

Oqgħod attent minn hack perikoluża li tista’ tagħti aċċess lil hackers għall-messaġġi u l-kuntatti tiegħek.

Il-hacker jippretendi li hu ħabib u jitolbok tgħaddi l-kodiċi tal-verifika li rċivejt fuq il-mobile tiegħek.

Tweġibx! Dan il-kodiċi jingħata biss meta tipprova tagħmel bidliet fil-kont tiegħek. Qatt m’għandek taqsam kodiċi ta’ sigurtà ma’ xi ħadd.

Jekk tagħmel hekk, il-hacker ikun jista’ jieħu f’idejh il-kont tiegħek.

Ma jkollokx aktar aċċess għall-kont tiegħek u l-hacker jista’ jipprova jqarraw bil-ħbieb tiegħek ukoll.

Jekk tircievi messaġġ suspettuż minn xi ħbieb, ipprova ċemplilhom biex tara  x’qed jiġri.

Huwa wkoll rakkomandabbli li tixgħel il-verifika f’żewġ stadji sabiex WhatsApp tiegħek ikun protett ukoll minn PIN.

Lura għall-lista tal-aħbarijiet