WhatsApp Scam

MITA Security Operations segwew każ ta’ scam li jolqot persuni li jużaw WhatsApp.

Nies mhux awtorizzati qed jippruvaw iqarrqu billi jibagħtu text u jitolbu forwarding ta’ kodiċijiet ta’ attivazzjoni bl-iskuża li dan intbagħat lilek bi żball. Peress li l-kodiċi ta’ attivazzjoni intbagħat lin-numru tat-telefon reġistrat tiegħek permezz ta’ SMS, huwa marbut mal-kont WhatsApp tiegħek u qatt ma għandu jingħata lil ħaddiehor.

Meta tirċievi din in-notifika, ifisser li xi ħadd daħħal in-numru tat-telefon tiegħek u talab il-kodiċi ta’ reġistrazzjoni. Kodiċi ta’ attivazzjoni ta’ WhatsApp tippermetti lil partijiet terzi mhux awtorizzati jieħdu f’idejhom il-kont tiegħek. B’hekk jisirqu informazzjoni personali bħall-gruppi li int tinsab fihom u kwalunkwe messaġġ li tirċievi.

Lura għall-lista tal-aħbarijiet