X’inhi Encryption u għaliex għandek bżonna ?

Qed ngħixu realtá fejn il-konnettivitá hi waħda mill-iżjed affarijiet konvenjenti tal-ġurnata. Iżda din ġabet magħa riskji ikbar li wieħed ikun iħħekjat.

Dejta sensittiva bħal informazzjoni personli u affarijiet oħra ta’ valur jistgħu jispiċċaw fl-idejn il-ħżiena u r-riżultat ta’ dan jistá jkun wieħed devastanti.

Filwaqt li hemm ħafna x’wieħed jista jagħmel biex jiproteġi informazzjoni li qiegħda fuq l-internet, wieħed għandu jieħu ħsieb ukoll informazzjoni li qiegħda merfugħa għandu.

Hu fundamentali li wieħed jiproteġi l-mobiles u t-tablets għax il-mobilitá tagħhom ġġib riskji ferm akbar u jekk titlef wieħed minnhom ħadd ma jaf għand min ser tispiċċa l-informazzjoni tiegħek.

Biex tiproteġi dan kollhu hemm sistema li ilha tintuża għal snin twal – Encryption. Din hi sistema li permezz tagħha d-data tiegħek tiġi trasformata f’data li ma tintgħarafx mingħajr wieħed ma jkollu aċċess speċifiku.

F’każ li mobile jinsteraq jew jiġi f’idejn ħżiena, l-ebda hacker ma jkun jista jifhem id-data kollha li għandek inti fid-devices tiegħek.

Eżempju sempliċi ta’ kif tinbidel sentenza hu li jekk tikteb “Din hi sentenza encrypted” tinbidel f “csjqJ+bncWJ97l/Ho2Gnbdrv9Ai7/HIPo7CPpEJUHpM=”.

Din is-sistema ilha tintuża mill-qedem hekk kif anke fi żminijiet oħra kienu jivvintaw ittri jew ħsejjer sigrieti biex jikkomunikaw bihom.

Artikli Oħrajn