Insellmulek !

X’inhi S-Sigurtá Diġitali

Fid-dinja moderna tal-llum, kulħadd jagħmel użu minn mobile phones, tablets u kompjuters. Liema mezzi teknoloġiċi jintużaw prinċiparjament biex wieħed ikun jista jikkomunika permezz tal-imejl, siti soċjali, xiri onlajn jew għad-divertiment.

B’mod ħolistiku, l-internet għamlilna ħajjitna iżjed komda u effiċjenti. Iżda, f’xi każijiet, hemm in-naħa l-oħra tal-munita li tista twassal biex xi informazzjoni personali tagħna jew tan-negozji tagħna li hi miżmuma fil-kompjuters tisfa vittma ta’ attakki serji. Għal dan il-għan is-sigurta’ diġitali  għandu jkun  hi il- mezz  li tiproteġi, tipreveni u tieħu azzjoni għal kul tip ta’ attakk onlajn.

Essenzjalment, kull tifsira ta’ sigurta’ diġitali tkopri b’xi mod dawn li ġejjin: tas-sigurtá diġitali tolqot lill-

  1. Infrastruttura ta’ apparat teknoloġiku
  2. Informazzjoni trasmessa jew miżmuma fuq in-network
  3. L-utenti konnessi
  4. Konnessjonijiet loġiċi stabbiliti bejniethom

Fid-dawl ta’ dak elenkat hawn fuq, l-Istrateġija Nazzjonali għas-Sigurtá Diġitali tfisser lis-sigurta diġitali b’dan il-mod :

Hija l-miżuri ta’ sigurta u l-azzjonijiet li jittiehdu sabiex  jipproteġu  d-dinja diġitali mir-riskji li huma assoċjati jew li jagħmlu ħsara lin-networks u l-infrastruttura diġitali. Hija tara li tiġi assigurata d-disponibbiltà u l-integrità tan-netwerks u l-infrastruttura u l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni li hemm fiha.

Is-Sigurta Diġitali titlob tħejjija ta’ protezzjoni tas-sistemi, netwerks u programmi minn attakki diġitali. Dawn l-attakki huma immirati  li jaghtu access mhux awrorizzat jew li  tinbidel   jew tinqered  informazzjoni sensittiva. Is-sigurtá diġitali hi għalhekk bbażata fuq tlett principji tas-sigurta’ tal-informazzjoni li huma, il-kunfidenzjalitá, l-integrita u d-disponibilitá korretta tal-informazzjoni. L-għan ahhari tas-sigurtá tal-informazzjoni hu li ċ-ċittadin ikun protettt u li jitnaqqsu bl-aktar mod possibli riskji li jistgħu jikkompromettu lid-dinja diġitali. Wara kollox, id-dinja diġitali taf tesponi anke l-elementi l-inqas protetti tagħha għall-riskji bhal dawn.

U mhux hekk biss.  Is-sigurtá diġitali taf ma tkunx effettiva jekk tħares biss l-aspett teknoloġiku; għax fl-aħħar mill-aħħar jafu jintużaw mezzi psikoloġiċi f’attakki diġitali li għalihom kull difiża teknoloġika taf tkun tisfa fix-xejn. Għaldaqstant, il-mezzi u azzjonijiet ta’ salvagwardjar jeħtieġ jirriflettu wkoll ħidma kontinwa ta’ miżuri ta’ natura teknika, operattiva,  leġislattiva, edukattiva  jew ta’ għarfien.

Fuq kollox, is-sigurtá diġitali ma tistax biss tkun osservata mill-aspett teknoloġiku iżda teħtieg li tkopri ukoll il-bżonnijiet u l-aspettattivi tal-istat, tal-ekonomija u tas-soċjeta li lkoll iktar qed isiru parteċipanti attivi f’dinja diġitali interattiva.