Phishing hu tip ta’ kriminalitá onlajn li l-għan tagħha hu li permezz ta’ imejls, telefonati jew messaġġi tqarraq bin-nies.
It-teknika warajha hi li wieħed jagħmila ta’ kumpanija leġittima biex iqarraq bin-nies u jakkwista informazzjoni sensittiva minn għandhom bħal dettalji tal-kont bankarju u passwords.
Hekk kif tiġi miksuba din l-informazzjoni, ir-riperkussjonijiet ikunu kbar tant li jwasslu għal serq ta’ identitá jew telf finanzjarju.
Ġeneralment phishing jistá jkun identifikat minn affarijiet komuni li ssibhom f’ħafna każijiet.
Qabel kollox, ħafna minn dawn l-imejls ikunu wisq tajbin biex temminhom. Ikunu jinkludu messaġġi li jiġbdu l-attenzjoni ta’ min ircivijom bħal ngħidu aħna li wieħed rebaħ miljun Ewro.
Ġeneralment dawn it-tip ta’ imejls ikun fihom ukoll sens ta’ urġenza fejn jitolbu lil min ircivihom biex jirrispondi lura fi ftit minuti.
Wieħed irid joqgħod attent ukoll minn affarijiet mehmuża ma’ dawn l-imejls għax jistgħu ikunu ta’ ħsara għall-apparat elettroniku jew għall-identitá tal-individwu.