Zewġ ġuvintur arrestati wara li ffaċilitaw il-bejgħ ta’ dettalji misruqa onlajn

Il-Pulizija Irlandiża u Olandiża arrestaw zewġ ġuvintur ta’ 22 sena b’konessjoni ma’ bejgħ ta’ informazzjoni misruqa. Dawn l’arresti kienu possibbli wara li pulizija u investigaturi minn madwar id-dinja ikkolaboraw flimkien. Allegatament, il-ġuvintur kienu imexxu sit onlajn li kien jagħti aċċess għal aktar minn tnax il-biljun dettallji personali lill-kriminali, għal ħlas ta’ żewg dollari amerikani kuljum.

L-investigazzjoni wriet li din is-sit kellha ħażna miġbura minn 10,000 attakk diġitali li kienu seħħew, fejn dawn id-dettalji bdew jintużaw minn kriminali biex jitwettqu iżjed attakki diġitali fil-Ġermanja, l-Ingilterra u l-Istati Uniti. L-uffiċjali tal-Pulizija jaħsbu li dan in-negozju illegali ħalla qliegħ ta’ iżjed minn £200,000 fil-bwiet ta’ wieħed mil-ġuvintur.

Kien għalhekk li l-NCA skattat operazzjoni ma’ diversi aġenziji tal-infurzar tal-liġi minn madwar id-dinja li wasslet għall-arrest ta’ dawn il-ġuvintur. Iżjed il-quddiem wieħed mis-suspettati ġie rilaxxat bil-bail.

Lura għall-lista tal-aħbarijiet