Insellmulek !

Żgur li qed niproteġu l-uliedna mix-xemx … imma x’qed nagħmlu dwar is-sigurtá diġitali?

Żgur li qed niproteġu l-uliedna mix-xemx … imma x’qed nagħmlu dwar is-sigurtá diġitali?.

M’għandna l-ebda dubju li għal benesseri ta’ wliedhom, il-ġenituri Maltin jiġu minn tal-ewwel. Żgur li kull ġenitur jieħu ħsieb lit-tfal tiegħu bl-aħjar mod u żgur li dan is-sajf kull ġenitur qgħad attent li jidlek l-uliedu bl-aqwa sunblock possibli biex ma toħodomx ix-xemx.Iżda kemm hawn ġenituri li inkonxjament jew għax m’humiex infurmati biżżejjed ma jagħtux kas x’ikunu qed jagħmlu wliedhom meta jkunu onlajn?

Il-btajjel tas-sajf iġibu magħhom ħafna ħin liberu li wliedna jużawh biex iqattgħu iżjed ħin fuq l-Internet, ifittxu xi informazzjoni, jaraw xi vidjo, jilgħabu xi lobgħa jew jikkomunikaw ma’ sħabhom.Sfortunatament jeżistu ħafna perikli għal uliedna onlajn iżda jeżistu rimedji wkoll – Permezz ta’ teknoloġiji sempliċi bħal apps li ssib b’xejnonlajn, tista ssegwi dak kollhu li jkunu qed jagħmlu wliedek jew saħansitra twaqqfilhom l-aċċess għal dak kollhu li trid mill-kumdita tal-smartphone tiegħek.

Agħti ħarsa lejn dawn it-teknoloġiji u tara kemm mhux diffiċli daqs kemm taħseb li tiproteġi l-uliedek onlajn.Dwar din ir-realtá għamlu vidjo Danusan … Tih daqqa t’għajn.