Żomm il-profili soċjali tiegħek siguri

Fid-dinja moderna tal-llum, il-midja soċjali hi waħda mill-iżjed mezzi ta’ komunikazzjoni popolari madwar il-globu kollhu.

Minħabba l-fatt li huma aċċessibli fuq ħafna mill-mezzi teknoloġiċi, iservu tajjeb biex wieħed jikkomunika u jaqsam il-ħsibijiet tiegħu faċilment. Eżempji klassiċi ta’ dan huma l-mekkaniżmi li jaħdmu bihom Facebook, Instagram u Twitter. Iżda bħal kollox, jekk ma tużhomx bi prudenza u attenzjoni, jistgħiu jwasslu għal konsegwenzi mhux mixtieqa.

Bħal kull oġġett ieħor, profil tal-midja soċjali għandu bżonn il-protezzjoni neċessarja. L-ewwel pass għandu jkun li wieħed jagħmel password tajjeb u b’saħħtu. Regola inġenerali għanda tkun li wieħed jagħmel password twil u kumpless kemm jista.

Hu rakomandat ukoll li wieħed ma jikkomunikax ma’ persuni li mhux identifikati.

Artikli Oħrajn